5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Okręgowy w Koszalinie — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Halina Nerkowska vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddzial w Koszalinie
(Kawża C-499/06) (1)
(Pensjoni ta' invalidità għall-vittmi ċivili tal-gwerra jew tar-repressjoni - Kundizzjoni ta' residenza fit-territorju nazzjonali - Artikolu 18(1) KE)
(2008/C 171/12)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Koszalinie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Halina Nerkowska
Konvenuta: Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddzial w Koszalinie
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Okręgowy w Koszalinie — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 18 KE — Kompatibbiltà ta' dispożizzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ħlas tal-benefiċċju mogħti lill-vittmi tal-gwerra u tal-konsegwenzi tagħha għall-kundizzjoni ta' residenza fit-territorju nazzjonali
Dispożittiv
L-Artikolu 18(1) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li bis-saħħa tagħha dan ta' l-aħħar jiċħad, b'mod ġenerali u f'kull ċirkustanza, il-ħlas, liċ-ċittadini tiegħu, ta' benefiċċju mogħti lill-vittmi ċivili tal-gwerra jew tar-repressjoni minħabba s-sempliċi fatt li dawn ma jkunux residenti matul il-perijodu kollu tal-ħlas ta' dan il-benefiċċju fit-territorju ta' dan l-Istat, iżda fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.
(1) ĠU C 20, 27.1.2007.
Full & Egal Universal Law Academy