21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009 — GlaxoSmithKline Services Unlimited, li qabel kienet Glaxo Wellcome plc (C-501/06 P), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (C-513/06 P), European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC) (C-515/06 P), Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar) (C-519/06 P) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC), Bundesverband der Arzneimittel-Importeure eV, Spain Pharma SA, Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar)
(Kawżi magħquda C-501/06 P, C-513/06 P, C-515/06 P u C-519/06 P) (1)
(Appelli - Akkordji - Limitazzjoni tal-kummerċ parallel tal-prodotti mediċinali - Artikolu 81(1) KE - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Leġiżlazzjonijiet nazzjonali tal-prezzijiet - Sostituzzjoni tal-motivi - Artikolu 81(3) KE - Kontribuzzjoni għall-promozzjoni tal-progress tekniku - Stħarriġ - Oneru tal-prova - Motivazzjoni - Interess ġuridiku)
2009/C 282/02
Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: GlaxoSmithKline Services Unlimited, li qabel kienet Glaxo Wellcome plc (rappreżentanti: I. Forrester QC, S. Martínez-Lage, abogado, A. Komninos, dikigoros, A. Schulz, Rechtsanwalt), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Christoforou, F. Castillo de la Torre u E. Gippini Fournier, aġenti), European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC) (rappreżentanti: M. Hartmann-Rüppel u W. Rehmann, Rechtsanwälte), Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd u J. Buendía Sierra, abogados),
Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Christoforou, F. Castillo de la Torre u E. Gippini Fournier, aġenti, European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC) (rappreżentanti: M. Hartmann-Rüppel u W. Rehmann, Rechtsanwälte), Bundesverband der Arzneimittel-Importeure eV (rappreżentanti: W. Rehmann, Rechtsanwalt), Spain Pharma SA, Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd u J. Buendía Sierra, abogados)
Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: E. Ośniecka-Tamecka, M. Kapko u K. Majcher, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla Estiża) tas-27 ta’ Settembru 2006, GlaxoSmithKline Services vs Il-Kummissjoni (T-168/01) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2001) 1202 finali, tat-8 ta’ Mejju 2001, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE (IV/36.957/F3 Glaxo Wellcome, IV/36.997/F3 Aseprofar u Fedifar, IV/37.121/F3 Spain Pharma, IV/37.138/F3 BAI, IV/37.380/F3 EAEPC) — Prezzijiet imposti mir-rikorrenti fuq il-grossisti għall-bejgħ tal-prodotti mediċinali tagħha barra mis-sistema Spanjola ta’ prezzijiet iffissati mis-servizzi tas-saħħa.
Dispożittiv
(1)
L-appelli ppreżentati minn GlaxoSmithKline Services Unlimited, li qabel kienet Glaxo Wellcome plc, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-European Association of Euro Pharmaceutical Companies (EAEPC) u l-Asociación de exportadores españoles de productos farmacéuticos (Aseprofar) huma miċħuda.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri rispettivi.
(3)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 42, 24.02.2007
ĠU C 56, 10.03.2007
Full & Egal Universal Law Academy