5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-503/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 79/409/KEE - Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi - Derogi mis-sistema ta' protezzjoni ta' l-għasafar selvaġġi - Reġjun ta' Liguria)
(2008/C 171/13)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: D. Recchia, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Bragugila, aġent u G. Fiengo, avukat)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Adozzjoni u applikazzjoni, mir-reġjun ta' Liguria, ta' leġiżlazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni ta' derogi mis-sistema ta' protezzjoni ta' l-għasafar selvaġġi li ma tosservax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1)
Dispożittiv
1)
Minħabba l-adozzjoni u l-applikazzjoni, mir-reġjun ta' Liguria, ta' leġiżlazzjoni li tawtorizza derogi mis-sistema ta' protezzjoni ta' l-għasafar selvaġġi li ma tosservax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta' April 1979, dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 82, 14.4.2007.
Full & Egal Universal Law Academy