13.9.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 236/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-504/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/57/KEE - Ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli - Artikolu 3(1) - Traspożizzjoni inkorretta)
(2008/C 236/02)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u I. Kaufmann-Bühler, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. Braguglia, aġent u W. Ferrante, avvocato dello Stato]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE, ta' l-24 ta' Ġunju 1992, dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16 (1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 245, p. 6) — Ħatra ta' koordinaturi għall-kwistjonijiet ta' sigurtà u tas-saħħa għal post ta' kostruzzjoni li fih hemm preżenti iktar minn kuntrattur wieħed
Dispożittiv
1)
Billi ma ttrasponietx korrettement fil-liġi Taljana l-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE, ta' l-24 ta' Ġunju 1992, dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16 (1) tad-Direttiva 89/391/KEE), ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva.
2)
Kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy