26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta
(Kawża C-508/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/59/KE - Artikolu 11 - Ġestjoni ta' l-iskart - Rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls - Nuqqas ta' komunikazzjoni tal-pjanijiet u tal-qafas meħtieġa)
(2008/C 22/23)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Konstantinidis u D. Lawunmi, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Malta (rappreżentanti: S. Camilleri u L. Farrugia, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE, tas-16 ta' Settembru 1996, dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT) (ĠU L 243, p. 31) — Nuqqas li jiġu ppreparati u kkomunikati lill-Kummissjoni, fit-terminu preskritt, il-pjanijiet, il-qafas u s-sommarji ta' inventarji previsti mid-Direttiva
Dispożittiv
1)
Billi ma kkomunikatx il-pjanijiet u l-qafas meħtieġa mill-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE, tas-16 ta' Settembru 1996, dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT), ir-Repubblika ta' Malta naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11, moqri flimkien ma' l-Artikolu 54 ta' l-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea.
2)
Ir-Repubblika ta' Malta hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 56, 10.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy