16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 — Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-510/06 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-glukonat tas-sodju - Multi - Linji Gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi - Politika Komunitarja tal-kompetizzjoni - Trattament ugwali - Dħul mill-bejgħ li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni - Ċirkustanzi attenwanti)
2009/C 113/05
Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż
Partijiet
AppellantI: Archer Daniels Midland Co. (rappreżentant: M. Garcia, Solicitor)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet u X. Lewis, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Settembru 2006, Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni (T-329/01), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tal-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2001) 2931 finali, tat-2 ta’ Ottubru 2001, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 52 tal-Ftehim ŻEE (COMP/E-1/36.756 — Glukonat tas-sodju), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Archer Daniels Midland Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 56, 10.3.2007
Full & Egal Universal Law Academy