29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-511/06 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-aċidu ċitriku - Determinazzjoni tal-ammont tal-multa - Rwol ta’ mexxejja - Drittijiet tad-difiża - Elementi ta’ prova li jirriżultaw minn proċeduri ta’ stat terz - Definizzjoni tas-suq rilevanti - Ċirkustanzi attenwanti)
2009/C 205/02
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Archer Daniels Midland Co. (rappreżentanti: C. O. Lenz, avukat, L. Martin Alegi, Solicitor, E. Batchelor u M. Garcia, Solicitors)
Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet u X. Lewis, aġenti)
Suġġett
Appell imressaq mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla Estiża) tas-27 ta’ Settembru 2006 Archer Daniels Midland Co. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (T-59/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2001)3923 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2001, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat (COMP/E-1/36.604 — Aċidu ċitriku), dwar akkordju fis-suq tal-aċidu ċitriku u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta’ Settembru 2006, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni (T-59/02), hija annullata billi tiċħad l-aggravju ta’ Archer Daniels Midland Co. dwar il-ksur tad-drittijiet tagħha ta’ difiża matul il-proċeduri amministrattivi li wasslu għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/742/KE, tal-5 ta’ Diċembru 2001, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E 1/36.604 — Aċidu ċitriku), sa fejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ma tathiex il-possibbiltà li ssostni d-drittijiet tagħha f’dak li jirrigwarda l-fatti li fuqhom hija bbażat sabiex tikkwalifika Archer Daniels Midland Co. bħala mexxej tal-akkordju.
2)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta’ Settembru 2006, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni, hija annullata billi tiċħad bħala rrilevanti l-aggravju ta’ Archer Daniels Midland Co. dwar l-applikazzjoni żbaljata, mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-taqsima B(b) tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 1996 fuq in-nonimpożizzjoni jew it-tnaqqis ta’ multi fil-każijiet ta’ akkordji.
3)
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/742/KE huwa annullat billi jiffissa l-ammont tal-multa dovuta minn Archer Daniels Midland Co. għal EUR 39.69 miljun.
4)
L-ammont tal-multa dovuta minn Archer Daniels Midland Co. għall-ksur ikkonstatat tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2002/742/KE hekk kif parzjalment annullat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta’ Settembru 2006, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni (T-59/02), huwa ffissat għal EUR 29.4 miljun.
5)
Il-bqija tal-appell huwa miċħud.
6)
Archer Daniels Midland Co. hija kkundannata għal tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha u għal dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f’dak li jirrigwarda l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll għal nofs tal-ispejjeż tagħha u għal dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f’dak li jirrigwarda l-proċeduri tal-appell.
7)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għal kwart tal-ispejjeż ta’ Archer Daniels Midland Co. f’dak li jirrigwarda l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll għal nofs tal-ispejjeż ta’ Archer Daniels Midland Co. f’dak li jirrigwarda l-proċeduri tal-appell.
(1) ĠU C 56, 10.03.2007
Full & Egal Universal Law Academy