26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ferriere Nord SpA
(Kawża C-516/06 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Multa - Infurzar - Regolament (KEE) Nru 2988/74 - Perijodu ta' limitazzjoni - Att li jagħti lok għal dannu - Inammissibbiltà)
(2008/C 22/24)
Lingwa tal-proċedura: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Amato, aġenti)
Parti l-oħra fil-kawża: Ferriere Nord SpA (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)
Suġġett
Appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tas-27 ta' Settembru 2006, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni (T-153/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni kkomunikati b'ittra tal-5 ta' Frar 2004 u b'faks tat-13 ta' April 2004, dwar il-bilanċ mhux imħallas tal-multa imposta fuq Ferriere Nord Spa permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/515/KEE, tat-2 ta' Awwissu 1989, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KEE (IV/31.553 — Materjali wweldjati)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta' Settembru 2006, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni (T-153/04), hija annullata.
2)
Ir-rikors għal annullament ta' Ferriere Nord SpA kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, innotifikati b'ittra tal-5 ta' Frar 2004 u b'faks tat-13 ta' April 2004, dwar il-bilanċ mhux imħallas tal-multa imposta fuq Ferriere Nord SpA permezz tad-Deċiżjoni 89/515/KEE tal-Kummissjoni, tat-2 ta' Awwissu 1989, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KEE (IV/31.553 — Materjali wweldjati), huwa inammissibbli.
3)
Ferriere Nord SpA hija ordnata tbati l-ispejjeż relatati maż-żewġ istanzi.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy