24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-522/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 2037/2000 - Sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu - Irkupru, riċiklaġġ, reklamazzjoni u distruzzjoni ta' dawn is-sustanzi)
(2008/C 128/19)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u B. Stromsky, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: A. Hubert, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu (ĠU L 244, p. 1) — Artikoli 16(5) u 17(1) — Nuqqas milli jiġu adottati l-miżuri li jiddefinixxu l-ħtiġiet minimi ta' kwalifikazzjoni mitluba mill-ħaddiema inkarigati mill-irkupru, mir-riċiklaġġ, mir-reklamazzjoni u mid-distruzzjoni tas-sustanzi kontrollati msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament u li jinsabu fit-tagħmir ta' refriġerazzjoni u ta' arja kundizzjonata, fil-pompi tas-sħana, fis-sistemi ta' protezzjoni kontra n-nar u fl-estinturi tan-nar — Nuqqas milli jiġu adottati miżuri ta' prekawzjoni sabiex ma jħallux u jnaqqsu t-tnixxijiet ta' sostanzi kkontrollati u nuqqas ta' kontrolli relatati mal-preżenza eventwali ta' tnixxijiet.
Dispożittiv
1)
Ir-Renju tal-Belġju
—
billi naqas milli jiddefinixxi l-ħtiġiet minimi ta' kwalifikazzjoni għal ċerti membri tal-ħaddiema li jaħdmu fl-irkupru, fir-riċiklaġġ, fir-reklamazzjoni u fid-distruzzjoni ta' sustanzi kkontrollati skond l-Artikolu 16(5) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu, u
—
billi, f'dak li jikkonċerna r-reġjun tal-Wallonja, ma adottax il-miżuri ta' prekawzjoni kollha sabiex sabiex ma jħallix u jnaqqas it-tnixxijiet ta' sostanzi kontrollati kif ukoll billi m'għamlix kontrolli annwali sabiex jistabbilixxi l-preżenza jew le ta' tnixxijiet, skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 2037/2000,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-imsemmija dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy