23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/24
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-13 Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Staatssecretaris van Financiën vs Road Air Logistics Customs BV
(Kawża C-526/06) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità u r-Regolament ta' implementazzjoni - Tranżitu Komunitarju - Ksur - Prova tar-regolarità ta' l-operazzjoni ta' tranżitu jew tal-post tal-ksur - Nuqqas ta' għoti tat-terminu ta' tliet xhur sabiex tingħata din il-prova - Ħlas lura tad-dazji doganali - Kunċett ta' “legalment dovut’)
(2008/C 51/39)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Road Air Logistics Customs BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) u ta' l-Artikolu 379 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta' Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU L 253, p. 1) — Ħlas lura jew remissjoni ta' dazji — Ammont mhux legalment dovut — Determinazzjoni tal-post fejn jiġi inkors id-dejn doganali
Dispożittiv
L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 236(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-awtoritajiet doganali nazzjonali ma ddeterminawx, skond l-Artikolu 379 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta' Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, il-post fejn ġie inkors id-dejn doganali, ma jirrendix l-ammont tad-dazji doganali mhux legalment dovut.
Madankollu, l-Istat Membru li taħtu jaqa' l-uffiċċju tat-tluq jista' biss jipproċedi għall-irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni jekk, f'konformità ma' l-Artikolu 379(2) tar-Regolament Nru 2454/93, ikun informa lid-debitur prinċipali li dan jiddisponi minn terminu ta' tliet xhur sabiex jippreżenta l-prova tal-post fejn il-ksur jew l-irregolarità jkunu attwalment saru u jekk din il-prova ma tkunx ġiet ippreżentata f'dan it-terminu.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy