6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — R.H.H. Renneberg vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-527/06) (1)
(Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 39 KE - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-dħul - Determinazzjoni tal-bażi taxxabbli - Ċittadin ta' Stat Membru li jirċievi d-dħul kollu jew kważi kollu taxxabbli tiegħu ġewwa dan l-Istat Membru - Residenza fi Stat Membru ieħor)
(2008/C 313/06)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: R.H.H. Renneberg
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 39 u 56 KE — Determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq id-dħul — Ċittadin ta' Stat Membru li jirċievi d-dħul kollu tiegħu f'dan l-Istat Membru iżda li jirresjedi fi Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix it-tnaqqis tat-telf ta' dħul relatati ma' dar li tinsab fi Stat Membru ieħor.
Dispożittiv
L-Artikolu 39 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li ċittadin Komunitarju, mhux residenti fl-Istat Membru li fih huwa jirċievi dħul li jikkostitwixxi t-totalità jew kważi t-totalità tar-riżorsi taxxabbli tiegħu ma jistax, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa ta' dan id-dħul f'dan l-Istat Membru, jinvoka dħul negattiv relatat ma' dar li tintuża bħala abitazzjoni u li tinsab fi Stat Membru ieħor, u li tagħha huwa proprjetarju, filwaqt li resident ta' l-ewwel Stat Membru jista' jinvoka dan id-dħul negattiv għad-determinazzjoni tal-bażi ta' taxxa tad-dħul tiegħu.
(1) ĠU C 56, 10.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy