23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/25
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-13 ta' Diċembru 20007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-528/06) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/98/KE - Użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)
(2008/C 51/40)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: E, Montaguti, aġent)
Konvenuta: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/98/KE, tas-17 ta' Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, p. 90).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/98/KE, tas-17 ta' Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy