8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) ta' l-24 ta' Jannar 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċija) — Emm. G. Lianakis AE, Sima Anonymi Techniki Etaireia Meleton kai Epivlepseon, Nikolaos Vlachopoulos vs Dimos Alexandroupolis, Planitiki AE, Aikaterini Georgoula, Dimitrios Vasios, N. Loukatos kai Synergates AE Meleton, Eratosthenis Meletitiki AE, A. Pantazis — Pan. Kyriopoulou kai syn/tes os “Filon” OE, Nikolaos Sideris
(Kawża C-532/06) (1)
(Direttiva 92/50/KEE - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Twettiq ta' riċerka fuq il-katast, il-pjan urban u l-att ta' implementazzjoni għal żona residenzjali - Kriterji li jistgħu jiġu aċċettati bħala “kriterji għal selezzjoni kwalitattiva’ jew “kriterji għall-għoti ta' kuntratti’ - Offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Osservanza tal-kriterji għall-għoti ta' kuntratt stipulati fid-dokumenti tal-kuntratt jew fis-sejħa għall-offerti - Determinazzjoni sussegwenti tal-fatturi għat-tweżin u ta' sottokriterji għall-kriterji għall-għoti tal-kuntratti - Prinċipju ta' trattament ugwali ta' l-operaturi ekonomiċi u l-obbligu ta' trasparenza)
(2008/C 64/15)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Emm. G. Lianakis AE, Sima Anonymi Techniki Etaireia Meleton kai Epivlepseon, Nikolaos Vlachopoulos
Konvenuti: Dimos Alexandroupolis, Planitiki AE, Aikaterini Georgoula, Dimitrios Vasios, N. Loukatos kai Synergates AE Meleton, Eratosthenis Meletitiki AE, A. Pantazis — Pan. Kyriopoulou kai syn/tes os “Filon” OE, Nikolaos Sideris
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 36 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1) — Kriterji għall-għoti tal-kuntratt — L-iffissar a posteriori, matul il-proċedura ta' għoti tal-kuntratt, tat-tweżin speċifiku għal kull kriterju
Dispożittiv
L-Artikolu 36(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku, hekk kif emendata mid-Direttiva 97/52/KE tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew, tat-13 ta' Ottubru 1997, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta' trattament ugwali ta' l-operaturi ekonomiċi u ta' l-obbligu ta' trasparenza li jirriżulta minnu, jipprekludi, fil-kuntest ta' proċedura għall-għoti ta' kuntratti, lill-awtorità aġġudikanti milli tiddetermina sussegwentement il-fatturi għat-tweżin u sottokriterji għall-kriterji għall-għoti tal-kuntratti msemmija fid-dokumenti tal-kuntratt jew fis-sejħa għall-offerti.
(1) ĠU C 56, 10.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy