15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal, ir-Renju Unit) — 02 Holdings Limite & 02 (UK) Limited vs Hutchison 3G UK Limited
(Kawża C-533/06) (1)
(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 5(1) - Dritt esklużiv tal-proprjetarju tat-trade mark - Użu ta' sinjal identiku għal jew li jixbah lil trade mark f'reklamar komparattiv - Limitazzjoni ta' l-effetti tat-trade mark - Reklamar komparattiv - Direttivi 84/450/KEE u 97/55/KE - Artikolu 3a(1) - Kundizzjonijiet ta' legalità tar-reklamar komparattiv - Użu tat-trade mark ta' kompetitur jew ta' sinjal li jixbah lil din it-trade mark)
(2008/C 209/12)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: 02 Holdings Limite & 02 (UK) Limited
Konvenuta: Hutchison 3G UK Limited
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 5(1)(a) u (b) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) u ta' l-Artikolu 3a tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KE, ta' l-10 ta' Settembru 1984, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar reklamar qarrieqi (ĠU L 250, p. 17) — Użu tat-trade mark ta' kompetitur f'messaġġ ta' reklamar sabiex jiġu mqabbla l-karatteristiċi u partikolarment il-prezz tal-prodotti jew servizzi mibjugħa minn min jagħmel ir-reklam ma' dawk tal-kompetitur
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 5(1) u (2) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks, u l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, ta' l-10 ta' Settembru 1984, dwar ir-reklamar qarrieqi u komparattiv, kif emendata bid-Direttiva 97/55/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tas-6 ta' Ottubru 1997, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta' trade mark reġistrata ma jistax jipprojbixxi l-użu minn terza persuna, f'reklamar komparattiv li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' legalità kollha stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 3a(1), ta' sinjal identiku għal jew li jixbah lit-trade mark tiegħu.
Madankollu, meta l-kundizzjonijiet mitluba fl-Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva 89/104 sabiex jiġi pprojbit l-użu ta' sinjal identiku għal jew li jixbah lil trade mark reġistrata jkunu ssodisfati, huwa eskluż li r-reklamar komparattiv li fih jintuża l-imsemmi sinjal jissodisfa l-kundizzjoni ta' legalità msemmija fl-Artikolu 3a(1)(d) tad-Direttiva 84/450, kif emendata bid-Direttiva 97/55.
2)
L-Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva 89/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta' trade mark reġistrata ma jistax jipprojbixxi l-użu minn terza persuna, f'reklamar komparattiv, ta' sinjal li jixbah lil din it-trade mark fir-rigward ta' prodotti jew servizzi identiċi għal jew li jixbhu lil dawk li għalihom l-istess trade mark hija reġistrata, meta dan l-użu ma joħloqx probabbiltà ta' konfużjoni f'moħħ il-pubbliku, u dan indipendentement mill-fatt jekk l-imsemmi reklamar komparattiv jissodisfax jew le l-kundizzjonijiet kollha ta' legalità stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 84/450, kif emendata bid-Direttiva 97/55.
(1) ĠU C 56, 10.3.2007.
Full & Egal Universal Law Academy