19.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 183/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ((It-Tmien Awla) tal-5 ta' Ġunju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — L-Italja) — Industria Lavorazione Carni Ovine Srl vs Regione Lazio
(Kawża C-534/06) (1)
(Politika Agrikola Komuni - FAEGG - Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 866/90 - Esklużjoni ta' investimenti relatati ma' l-ipproċessar ta' prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi - Prinċipju ta' proporzjonalità)
(2008/C 183/04)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Industria Lavorazione Carni Ovine Srl
Konvenuta: Regione Lazio
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 866/90 tad-29 ta' Marzu 1990, li jikkonċerna t-titjib fil-kundizzjonijiet ta' pproċessar u ta' kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli (ĠU L 91, p. 1) — Esklużjoni ta' investimenti li jirrigwardaw il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-ipproċessar ta' prodotti li ġejjin minn terzi pajjiżi — Esklużjoni fil-każ ta' investimenti li jikkonċernaw ukoll prodotti li ġejjin minn Stati Membri, li saru skond il-programm speċifiku li fil-kuntest tiegħu inkiseb il-finanzjament
Dispożittiv
L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 866/90, tad-29 ta' Marzu 1990, li jikkonċerna t-titjib tal-kundizzjonijiet ta' l-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f'ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, ma jeskludix il-ħlas ta' għajnuna finanzjarja fil-każ ta' kummerċjalizzazzjoni jew ta' pproċessar li kien jikkonċerna wkoll prodotti li joriġinaw minn barra t-territorju Komunitarju, meta l-programm speċifiku li għalih tkun inkisbet din l-għajnuna finanzjarja jkun ġie rrispettat sa fejn il-prodotti li joriġinaw mill-Komunità jkunu ġew ikkummerċjalizzati u/jew ipproċessati fil-kwantitajiet previsti.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy