6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles — Il-Belġju) — Raffinerie Tirlemontoise SA vs Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)
(Kawża C-200/06) (1)
(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Zokkor - Taxxi tal-produzzjoni - Metodi ta' applikazzjoni tas-sistema tal-kwoti - Teħid inkunsiderazzjoni tal-kwantitajiet taz-zokkor li jinsabu fil-prodotti pproċessati - Determinazzjoni tal-eċċess li jista' jkun esportat - Determinazzjoni tat-telf medju)
(2008/C 313/14)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raffinerie Tirlemontoise SA
Konvenut: Bureau d'intervention et de restitution belge (BIRB)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Bruxelles — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, p. 1) — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002 tal-20 ta' Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti fis-settur taz-zokkor (ĠU L 50, p. 40) — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1775/2004, tal-14 ta' Ottubru 2004, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2003/2004, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor (ĠU L 316, p. 64), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2002/2003, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor (ĠU L 254, p. 4), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1837/2002, tal-15 ta' Ottubru 2002, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2001/2002, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent tat-taxxa addizzjonali fis-settur taz-zokkor (ĠU L 278, p. 13), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2001 tal-11 ta' Ottubru 2001 li jiffissa, għas-sena tas-suq 2000/2001, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor (ĠU L 271 p. 15) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2667/2000 tat-12 ta' Ottubru 2000 li jiffissa, għas-sena tas-suq 1999/2000, l-ammonti tat-taxxa tal-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent tal-kalkoklu tat-taxxi addizzjonali fis-settur taz-zokkor (ĠU L 259 p. 29) — Metodu ta' kalkolu utilizzat sabiex jiġi evalwat it-telf totali li kellu jiġi ffinanzjat mit-taxxi tal-produzzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni, sabiex jiġi stabbilit l-eċċess li jista' jkun esportat, tal-kwantitajiet ta' zokkor esportati kollha u sabiex jiġi stabbilit it-telf medju għal kull tunnellata zokkor, unikament tal-kwantitajiet li taw lok għall-ħlas ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni
Dispożittiv
1)
Skont l-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, l-eċċess li jista' jkun esportat jinkludi l-kwantitajiet ta' zokkor li jaqgħu taħt dan l-Artikolu li jinsabu fi prodotti pproċessati esportati mingħajr ma jkunu effettivament tħallsu rifużjonijiet.
L-Artikolu 15(1)(d) ta' dan ir-regolament għandu jiġi interpetat fis-sens li l-kwantitajiet ta' prodotti esportati kollha li jaqgħu taħt dan l-Artikolu, kemm jekk ikunu effettivament tħallsu rifużjonijiet jew le, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit it-telf medju għal kull tunnellata ta' prodott.
L-eżami tal-Artikolu 6(4) u (5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002, tal-20 ta' Frar 2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kwoti fis-settur taz-zokkor, skont il-każ, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1140/2003, tas-27 ta' Ġunju 2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 38/2004, tad-9 ta' Jannar 2004, ma rrivelax l-eżistenza ta' elementi ta' tali natura li jaffettwaw il-validità tiegħu.
2)
L-eżami tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2267/2000 tat-12 ta' Ottubru 2000, li jiffissa, għas-sena tas-suq 1999/2000, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent tal-kalkolu tat-taxxi addizzjoniali fis-settur taz-zokkor; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2001, tal-11 ta' Ottubru 2001, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2000/2001, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor u, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1837/2002 tal-15 ta' Ottubru 2004, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2001/2002, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni kif ukoll il-koeffiċjent addizzjonali fis-settur taz-zokkor, ma rrivelax l-eżistenza ta' elementi ta' tali natura li jaffettwaw il-validità tagħhom.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2002/2003, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1775/2004 tal-14 ta' Ottubru 2004, li jiffissa, għas-sena tas-suq 2003/2004, l-ammonti tat-taxxi tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor, huma invalidi.
(1) ĠU C 165, 15.7.2006.
Full & Egal Universal Law Academy