24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-20 ta' Frar 2008 — Comunidad Autónoma de Valencia — Generalidad Valenciana vs Il-Kummissjoni tall-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-363/06) (1)
(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Artikolu 19 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rappreżentanza minn avukat - Osservanza tal-forom proċedurali sostanzjali tar-Regoli tal-Proċedura - Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
(2008/C 128/25)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Comunidad Autónoma de Valência — Generalidad Valenciana (rappreżentanti: C. Fernaández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas, M. J. Rodríguez Blasco, avukati u J.V. Sánchez-Tarazaga Marcelino)
Intervenjent in sostenn ta' l-appellanti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Días Abad)
Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u L. Escobar Guerrero, aġenti)
Intervenjenti in sostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent u P. Gentili, avukat ta' l-Istat)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Lulju 2006, Comunidad Autónoma de Valencia — Generalidad de Valencia vs Il-Kummissjoni (T-357/05) li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti li għandu bħala suġġett l-annullament tad-Deċiżjoni C(2005)1867 finali tal-Kummissjoni, tas-27 ta' Ġunju 2005, dwar tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond ta' Koeżjoni għall-grupp ta' proġetti Nru 97/11/61/028, dwar il-ġbir u t-trattament ta' ilmijiet residwali fuq il-kosta Meditterranja tal-Comunidad Autónoma de Valencia (Spanja) — Rappreżentazzjoni minn avukat — Artikolu 19 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Il-Comunidad Autónoma de Valencia — Generalidad de Valencia għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 261, 28.10.2006.
Full & Egal Universal Law Academy