23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/29
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Stahlwerk Ergste Westig GmbH vs Finanzamt Düsseldorf-Mettmann
(Kawża C-415/06) (1)
(Artikolu 104(3), l-ewwel subparagrafu tar-Regoli tal-Proċedura - Risposta li tkun tista' kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza - Moviment liberu tal-kapital - Taxxi fuq id-dħul - Kumpannija li għandha stabbiliment permanenti fi Stat terz - Teħid in kunsiderazzjoni tat-telf mill-imsemmija stabbilimenti)
(2008/C 51/48)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stahlwerk Ergste Westig GmbH
Konvenut: Finanzamt Düsseldorf-Mettmann
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 56 KE, ta' l-Artikolu 57(1) KE u ta' l-Artikolu 58 KE — Tnaqqis mill-profitti taxxabbli ta' kumpannija nazzjonali tat-telf li jirriżulta mill-attività ta' stabbiliment permanenti stabbilit f'pajjiż ieħor — Rifjut li jsir it-tnaqqis abbażi ta' ftehim bilaterali intiż biex jipprevjeni t-tassazzjoni doppja, konkluż ma' dan il-pajjiż l-ieħor
Dispożittiv
Sistema fiskali nazzjonali li biha, kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ma tistax tnaqqas, matul id-determinazzjoni tar-riżultati tagħha, telf relatat ma' stabbiliment li jinsab fi Stat terz, taffettwa b'mod rilevanti l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment fis-sens ta' l-Artikolu 43(KE) sa 48(KE). Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx ikunu invokati f'sitwazzjoni dwar stabbiliment bħal dan li jinsab fi Stat terz.
(1) ĠU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy