26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/18
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-4 ta' Ottubru 2007 — Ir-Repubblika tal-Finlandja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-457/06 P) (1)
(Appell - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà - Att li m'għandux effetti ġuridiċi vinkolanti - Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta' ksur - Artikolu 11 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 - Imgħax għal dewmien - Negozjati biex jintlaħaq ftehim dwar ħlas kundizzjonali - Ittra ta' rifjut)
(2008/C 22/34)
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: E. Bygglin, aġent)
Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u P. Aalto, aġenti)
Suġġett
Appell immressaq kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) tal-5 ta' Settembru 2006, Ir-Repubblika tal-Finlandja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (T-350/05), li bih il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta' Lulju 2005, li tirrifjuta l-bidu ta' negozjati mar-Repubblika tal-Finlandja dwar il-possibbiltà li tħallas provviżorjament dazji doganali fuq tagħmir ta' difiża mitluba mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' proċedura għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu — Atti li jistgħu jiġu kkontestati
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) GU C 326, 30.12.2006.
Full & Egal Universal Law Academy