23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/29
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta' Ottubru 2007 — PTV Planung Transport Verkehr AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-512/06 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - L-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Sinjal verbali map&guide)
(2008/C 51/49)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: PTV Planung Transport Verkehr AG (rappreżentant: F. Nielsen, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) ta' l-10 ta' Ottubru 2006, PTV vs L-UASI (map&guide) (T-302/03), li permezz tagħha il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni li ċaħdet l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “map&guide” għal ċerti prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42 — Karattru distintiv tat-trade mark
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
PTV Planung Transport Verkehr AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 42, 24.2.2007.
Full & Egal Universal Law Academy