Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja
(Kawża C‑39/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Sussidji għall-investiment u għall-impjiegi – Obbligu ta’ rkupru – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat – Eċċezzjonijiet – Kontestazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni – Inammissibbiltà – Limiti – Att ineżistenti (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE, Artikoli 226 KE, 227 KE, 230 KE u 232 KE) (ara l-punti 18 sa 20)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha – Possibbiltà għall-Kummissjoni li tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali l-inkarigu li jikkalkolaw l-ammont preċiż li għandu jingħata lura (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punt 37)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 249 KE u tal-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/643/KE, tat-13 ta’ Mejju 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lil Kahla Porzellan GmbH u Kahla/Thüringen Porzellan GmbH [notifikata taħt in-numru C (2003) 1520; Għajnuna Nru C-62/00, ex NN 142/99] (ĠU L 227, p.12) – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex tiġi rkuprata għajnuna li kienet ġiet iddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni.
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi rkuprata għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 1(2)(d) u (g) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2002, hekk kif tinsab fid-Deċiżjoni 2003/643/KE, tat-13 ta’ Mejju 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja lil Kahla Porzellan GmbH u Kahla/Thüringen Porzellan GmbH, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1 sa 3 ta’ din id-deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy