Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta’ l-24 ta’ Mejju 2007 – Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C‑43/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 85/384/KEE – Periti – Rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u ta’ titoli oħra – Neċessità li jsir eżami tad-dħul fl-assoċjazzjoni professjonali tal-periti”
Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Periti – Rikonoxximent ta’ diplomi u ta’ titoli (Direttiva tal-Kunsill 85/384, Artikoli 2 u 10) (ara l-punt 31 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikoli 2 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/384/KEE ta’ l-10 ta’ Ġunju 1985 dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ xhieda oħra ta’ kwalifiki formali fl-arkitettura, inklużi miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ĠU L 223, P. 15) – Eżiġenza, sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta’ perit, ta’ eżami tad-dħul fl-assoċjazzjoni professjonali tal-periti ta’ l-Istat Membru ospitanti għal periti minn Stati Membri oħra li ma jagħmlux parti mill-assoċjazzjoni nazzjonali rispettiva.
Dispożittiv
1)
Billi teżiġi li d-detenturi ta’ kwalifiki professjonali fil-qasam ta’ l-arkitettura mogħtija minn Stati Membri oħra huma mitluba jagħmlu eżami tad-dħul fl-assoċjazzjoni ta’ periti Portugiżi, jekk dawk ma jagħmlux parti minn assoċjazzjoni oħra fi Stat Membru ieħor, ir-Repubblika Portuġiża naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond l-Artikoli 2 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/384/KEE ta’ l-10 ta’ Ġunju 1985, dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ xhieda oħra ta’ kwalifiki formali fl-arkitettura, inklużi miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/19/KE ta’ l-14 ta’ Mejju 2001.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy