Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 –
Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑82/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Skart – Skart perikoluż – Direttivi 75/443/KEE u 91/689/KEE – Obbligu li jitħejjew u li jiġu kkomunikati pjani għall-immaniġġjar ta’ l-iskart”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tal-kawża – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża (l-Artikolu 226 KE) (ara l-punt 14)
2. Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Direttivi – Implementazzjoni mill-Istati Membri (l-Artikolu 249 KE; Direttivi tal-Kunsill 75/442, kif emendata mid-Direttiva 91/156, u 91/689) (ara l-punti 19, 34-35, 37-39)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (l-Artikolu 226 KE) (ara l-punt 25)
4. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni tad-direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna – Inammissibbiltà (l-Artikolu 226 CE) (ara l-punt 26)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU L 194, p. 39), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991 (ĠU L 78, p. 32), u ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, fuq skart perikoluż (ĠU L 377, p. 20) – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-pjani għall-immaniġġjar ta’ l-iskart
Dispożittiv
1) Billi ma ħejjietx:
– il-pjan għall-immaniġġjar ta’ l-iskart għall-provinċja ta’ Rimini, skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991,
– il-pjani għall-immaniġġjar ta’ l-iskart dwar il-postijiet jew l-istallazzjonijiet xierqa għar-rimi ta’ l-skart għar-reġjun ta’ Lazio, skond ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 75/442, kif emendata mid-Direttiva 91/156,
– il-pjani għall-immaniġġjar ta’ l-iskart għar-reġjuni ta’ Friuli-Venezia-Giulia u tal-Puglia, kif ukoll għall-provinċja awtonoma ta’ Bolzano-Alto Adige u għall-provinċja ta’ Rimini, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, fuq skart perikoluż,
1)
ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond dawn id-direttivi.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy