Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Novembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C‑119/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tad-Direttiva 92/50/KEE relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Għoti ta’ kuntratt mingħajr sejħa għal offerti – Għoti ta’ servizzi ta’ transport sanitarju fit-Toscana”
1. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Direttiva 92/50 – Kamp ta’ applikazzjoni (Direttiva tal-Kunsill 92/50) (ara l-punti 34-52)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Prova tan-nuqqas – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-Kummissjoni (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 57, 65-66)
3. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Direttiva 92/50 – Għoti ta’ kuntratti (Artikoli 43 KE u 49 KE; Direttiva tal-Kunsill 92/50) (ara l-punti 63-64)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikoli 11, 15 u 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi (ĠU L 209, p. 1) – Għoti ta’ kuntratt mingħajr pubblikazzjoni ta’ l-avviż xieraq – Għoti ta’ servizzi ta’ trasport sanitarju fit-Toscana.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy