Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2007 – Komninou et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑167/06 P)
“Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Ilment skond l-Artikolu 226 KE – Trattament mogħti mill-Kummissjoni lill-persuni li ressqu l-ilment – Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali – Portata – Artikolu 21 KE – Dritt li titressaq petizzjoni – Portata tal-konstatazzjonijiet magħmula mill-Ombudsman”
1. Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti tal-Prim’Istanza – Ammissibbiltà – Limiti (Artikoli 21(2) u (3) KE u 225 KE) (ara l-punti 22-27)
2. Ċittadinanza ta’ l-Unjoni Ewropea – Drittijiet taċ-ċittadin (Artikolu 21(2) u (3) KE) (ara l-punti 35-37)
3. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-elementi ta’ prova – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punti 40-46)
4. Koeżjoni ekonomika u soċjali – Għajnuna strutturali – Finanzjamenti Komunitarji mogħtija għal azzjonijiet nazzjonali (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 52)
5. Dritt Komunitarju – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament (ara l-punt 57)
Suġġett
Appell mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Jannar 2006, Komninou et vs Il-Kummissjoni (T-42/04) li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala infondat rikors għal ħlas ta’ kumpens għal danni bil-għan li jinkiseb kumpens għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir tal-Kummissjoni fil-konfront ta’ l-ilment tagħhom dwar il-finanzjament Komunitarju ta’ impjant ta’ purifikazzjoni bioloġika fi Preveza, fil-Greċja.
Dispożittiv
Id-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tat-13 ta’ Jannar 2006, Komninou et vs Il-Kummissjoni (T-42/04), huwa annullat safejn il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tiddeċiedi fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ l-Artikolu 21(2) u (3) KE.
Il-bqija ta’ l-appell huwa miċħud.
Ir-rikors imressaq quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej huwa miċħud, safejn huwa bbażat fuq il-motiv li jirrigwarda l-ksur ta’ l-Artikolu 21(2) u (3) KE.
Ermioni Komninou, Grigorios Ntokos, Donatos Pappas, Vassileios Pappas u Aristeidis Pappas, Eleftheria Pappa, Lamprini Pappa, Eirini Pappa u Alexandra Ntokou, Fotios Dimitriou, Zoï Dimitriou, Petros Bolossis, Despoina Bolossi kif ukoll Konstantinos Bolossis u Thomas Bolossis huma kkundannati għall-ispejjeż ta’ din l-istanza. L-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza li taw lok għad-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-13 ta’ Jannar 2006, Komninou et vs Il-Kummissjoni (T-42/04), għandhom jibqgħu kif stabbilit fil-punt 2 tad-dispożittiv ta’ dan id-digriet.
Full & Egal Universal Law Academy