Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2007 – Spanja vs Il-Kunsill
(Kawża C-184/06)
“Sajd – Regolament (KE) Nru 51/2006 – Allokazzjoni tal-kwoti tal-qabdiet tal-ħut bejn l-Istati Membri – Att ta’ Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja – Tmiem tal-perijodu tranżitorju – Eżiġenza ta’ stabbiltà relattiva – Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni – Opportunitajiet ġodda ta’ sajd”
1. Dritt Komunitarju – Prinċipji – Trattament ugwali – Diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza (Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1985; Regolament tal-Kunsill Nru 51/2006) (ara l-punti 32-37)
2. Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Komunitajiet – Spanja – Sajd (Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1985, Artikoli 156 sa 164; Regolament tal-Kunsill Nru 51/2006) (ara l-punti 44, 46-48)
Suġġett
Annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006, tat-22 ta’ Diċembru 2005, li jistabbilixxi għall-2006, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet marbuta ma’ certi ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ilmijiet fejn huma meħtiega l-limitazzjonijiet tal-qbid (ĠU L 16, p. 1) – Diskriminazzjoni – Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, p. 59)
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy