SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla)
24 ta’ Jannar 2008
Kawża C-211/06 P
Herta Adam
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Appell – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowance ta’ espatrijazzjoni – Kundizzjoni msemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 4(1)(a) ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Kunċett ta’ ‘xogħol li sar fi [għal] Stat ieħor’”
Suġġett : Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Frar 2006, Herta Adam vs Il-Kummissjoni (T-342/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) li tiċħad ir-rikors tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Settembru 2003 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-benefiċċju ta’ l-allowance ta’ espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4(1) ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. H. Adam hija kkundannata għall-ispejjeż.
Sommarju
Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowance ta’ espatrijazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Xogħol li sar għal Stat ieħor jew għal organizzazzjoni internazzjonali
[Regolamenti tal-Persunal, Anness VII, Artikolu 4(1)(a)]
Full & Egal Universal Law Academy