Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2008 – Il-Kummissjoni vs Franza
(Kawża C‑226/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu − Direttiva 89/391/KEE − Miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol – Artikoli 2, 10(1), u 12(3) u (4) – Traspożizzjoni mhux konformi”
Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Direttiva 89/391 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (Direttiva tal-Kunsill 89/391, Artikoli 9(1)(c), 10(1) u (3)(b), 13(2)(a),(c),(e) u (f)) (ara l-punti 44-46, 48-54, 58)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 10(1) u 12(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, p. 1).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonjiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 2, 10(1) kif ukoll 12(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy