Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Marzu 2008 –
Il-Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C‑227/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikoli 28 KE u 30 KE – Miżuri li għandhom effett ekwivalenti – Prodotti għall-bini – Direttiva 89/106/KEE – Nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-liġijiet – Marki tal-konformità nazzjonali – Preżunzjoni ta’ konformità”
1. Moviment liberu tal-merkanzija - Restrizzjonijiet kwantitattivi - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti (Artikoli 28 KE u 30 KE) (ara l-punti 52-69 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur ta’ l-Artikoli 28 u 30 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga de facto lill-operaturi ekonomiċi li jixtiequ jikkummerċjalizzaw, fil-Belġju, prodotti għall-bini legalment prodotti u/jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor jiksbu marki tal-konformità Belġjani għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti fil-Belġju.
Dispożittiv
1)
Billi jinkoraġġixxi lill-operaturi ekonomici li jixtiequ jikkummerċjalizzaw, fil-Belġju, prodotti għall-bini legalment prodotti u/jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor sabiex jiksbu l-marki tal-konformitaÌ Belġjani, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligu tiegħu skond l-Artikoli 28 KE u 30 KE.
2)
Ir-Renju tal-Belgju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy