Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta’ l-14 ta’ Frar 2008 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Spanja
(Kawża C‑274/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 56 KE – Dispożizzjoni nazzjonali li tillimita d-drittijiet ta’ vot ta’ l-azzjonisti fl-impriżi tas-settur ta’ l-enerġija – Limitazzjoni applikabbli għall-entitajiet pubbliċi”
1. Moviment liberu tal-kapital - Restrizzjonijiet - Dritt tal-kumpanniji - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita d-drittijiet ta’ vot marbuta ma’ l-ishma miżmuma minn entitajiet pubbliċi fl-impriżi nazzjonali tas-settur ta’ l-enerġija (Artikoli 56 KE u 58(1)(b) KE) (ara l-punti 27, 53-54 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikolu 56 KE – Dispożizzjoni nazzjonali li f’ċerti każijiet tipprovdi għall-limitazzjoni tad-drittijiet ta’ vot fl-impriżi tas-settur ta’ l-enerġija.
Dispożittiv
1)
Billi żamm fis-seħħ miżuri bħal dawk previsti fis-sebgħa u għoxrin dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 55/1999 tad-29 ta’ Diċembru 1999, dwar miżuri fiskali, amministrattivi u ta’ ordni soċjali, fit-test ta’ din id-dispożizzjoni redatt fl-Artikolu 94 tal-Liġi 62/2003 tat-30 ta’ Diċembru 2003, li jillimitaw id-drittijiet ta’ vot marbuta ma’ l-ishma miżmuma minn entitajiet pubbliċi fl-impriżi Spanjoli li joperaw fis-settur ta’ l-enerġija, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 KE.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy