Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Settembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C-305/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Trasport magħqud ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri – Direttiva 92/106/KEE – Trasport bit-triq aħħari li jagħmel parti integrali mit-trasport magħqud – L-eqreb stazzjon tal-ferrovija adegwata”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Prova tan-nuqqas – Oneru tal-Kummissjoni – Preżunzjonijiet – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 41)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Rikors promotur – Espożizzjoni tal-ilmenti u l-motivi – Rekwiżiti proċedurali – Formulazzjoni mhux ambigwa tat-talbiet (Artikolu 226 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(c)) (ara l-punt 47)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE, tas-7 ta’ Diċembru 1992, dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti mezzi tat-trasport magħqud għall-merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, p. 38) – Trasport bit-triq aħħari li jagħmel parti integrali mit-trasport magħqud – Rekwiżit ta’ liċenzja Griega għat-trasport bit-triq.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy