Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Irlanda
(Kawża C‑316/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 91/271/KEE – Tniġġis u inkonvenjenzi – Trattament tal-ilma urban mormi”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tal-kawża – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 16)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Proċedura prekontenzjuża – Intimazzjoni – Definizzjoni tas-suġġett tal-kawża – Opinjoni motivata – Dikjarazzjoni dettaljata tal-ilmenti (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 17-18)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 20)
4. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni tad-direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 30-31)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 4(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135 p. 40) – Nuqqas li jiġi żgurat li l-ilmijiet urbani mormija ta’ diversi agglomerazzjonijiet jiġu suġġetti għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti qabel ma jidħlu fis-sistemi ta’ ġbir (agglomerazzjonijiet ta’ Bray, Howth, Letterkenny, Shanganagh, Sligo u Tramore County)
Dispożittiv
1)
Billi ma żguratx, minn naħa, li l-ilmijiet urbani mormija tal-agglomerazzjonijiet imsejħin IE22, Bray IE31, Howth, IE34, Letterkenny, IE40, Shanganagh, IE41, Sligo, u IE45, Tramore County Waterford, li jidħlu fis-sistemi ta’ ġbir, qabel ma jintremew, jiġu suġġetti għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2000, u, min-naħa l-oħra, li r-rimi tal-imsemmija ilmijiet jissodisfaw, mhux iktar tard mit-terminu msemmi iktar ’il fuq, ir-rekwiżiti tal-punt B tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (3) tal-imsemmija direttiva.
2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy