Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ta’ l-24 ta’ Ġunju 2007 –
Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu
(Kawża C‑321/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2002/14/KE – Informazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-impjegati – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea – Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fuq ir-rappreżentazzjoni ta’ l-impjegati (ĠU L 80, p. 29).
Dispożittiv
1)
Peress li ma adottax, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas li jwettaq l-obbligi imposti fuqu skond din id-Direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy