Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Ottubru 2007 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑332/06 P)
“Appell – FAEGG – Spejjeż esklużi mill-finanzjament minħabba nuqqas ta’ konformità mad-dritt Komunitarju”
1. Agrikoltura – FAEGG – Stima tal-kontijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 729/70, kif emendat bir-Regolament Nru 1287/95, il-ħames paragrafu ta’ l-Artikolu 5(2)(c), u Regolament Nru 1258/1999, Artikolu 7(4)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, kif emendat bir-Regolament Nru 2245/1999, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 8(1)) (ara l-punti 46-48, 52)
2. Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-kwalifikazzjoni legali tal-fatti - Ammissibbiltà (Artikolu 225 KE) (ara l-punt 59)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) ta’ l-20 ta’ Ġunju 2006, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-251/04) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/457/KE, tad-29 ta’ April 2004, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż li saru mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) (innotifikata taħt in-numru C(2004)1706) (ĠU L 156, p.48).
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy