Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 –
Il-Kummissjoni vs L-Iżvezja
(Kawża C‑333/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Trasport bl-ajru – Passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu u kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira – Kumpens u assistenza lill-passiġġieri – Adozzjoni ta’ sanzjonijiet”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (l-Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma’ l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza lill-passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, p. 1) – Adozzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Dispożittiv
1) Billi naqas milli jadotta sanzjonijiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, ir-Renju ta’ l-Iżvezja naqas mill-obbligi li huwa għandu bis-saħħa ta’ l-Artikolu 16 ta’ dan ir-regolament.
2) Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
3) Ir-Renju ta’ l-Iżvezja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy