Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2007 – Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑339/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/116/KE – Anness tad-Direttiva 82/471/KEE – Għalf – Candida guilliermondii –– Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/116/KE tat-23 ta’ Diċembru 2004, li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE, dwar l-inklużjoni tal- Candida guillermondii (ĠU L 379, p. 81)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad- Direttiva tal-Kummissjoni 2004/116/KE tat-23 ta’ Diċembru 2004, li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE dwar l-inklużjoni tal-Candida guillermondii, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy