Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Lulju 2007 –
Il-Kummissjoni vs L-Awstrija
(Kawża C‑340/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/4/KE – Aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif ambjentali – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (Ara l-punt 6)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/4/KE, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, p. 26).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/4/KE tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.
2)
Ir-Repubblika ta’ l-Awstrija hija kkundnnata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy