Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2007 – J.C. Blom vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża C‑344/06 P)
“Appell – Rikors għall-ħlas ta’ kumpens – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Ħalib – Imposta addizzjonali – Kwantità ta’ referenza – Produtturi li kienu daħlu għal impenn ta’ non-kummerċjalizzazzjoni – Produtturi SLOM 1983 – Nuqqas li terġa’ tinbeda l-produzzjoni wara l-iskadenza ta’ l-impenn”
1. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Aġir illegali ta’ l-istituzzjonijiet (Artikolu 288(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 857/84) (ara l-punti 41-43)
2. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħalib u prodotti tal-ħalib – Imposta addizzjonali fuq il-ħalib (Regolament tal-Kunsill Nru 857/84) (ara l-punti 48-49, 51)
3. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-elementi ta’ prova – Eżekuzzjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58(1)) (ara l-punt 58)
4. Proċedura – Motivazzjoni tas-sentenzi – Portata (ara l-punt 70)
5. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Aġir illegali ta’ l-istituzzjonijiet (Artikolu 288(2) KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2187/93 u Nru 2330/98) (ara l-punti 50-51, 79-80, 92, 94, 104)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Mejju 2006, J.C. Blom vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-87/94) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba għall-ħlas ta’ kumpens, abbażi ta’ l-Artikolu 178 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 235 KE) u ta’ l-Artikolu 215(2) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 288(2) KE), għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba li ġie mwaqqaf milli jikkummerċjalizza ħalib abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 857/84, tal-31 ta’ Marzu 1984, dwar regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ l-imposta msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament (KEE) Nru 804/68 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 90, p. 13), kif kompletat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1371/84, tas-16 ta’ Mejju 1984, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-imposta addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament Nru 804/68 (ĠU L 132, p. 11).
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
J. C. Blom huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy