Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ta’ l-24 ta’ Mejju 2007 – Il-Kummissjoni vs L-Awstrija
(Kawża C‑359/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2001/45/KE – Politika soċjali – Protezzjoni tal-ħaddiema – Użu tat-tagħmir tax-xogħol – Ħtiġijiet minimi tas-siġurtà u tas-saħħa”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jieħu, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/45/KE tas-27 ta’ Ġunju 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-siġurtà u tas-saħħa għall-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 195, p. 46).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/45/KE tas-27 ta’ Ġunju 2001, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-siġurtà u tas-saħħa għall-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għal dak jirrigwarda l-Burgenland u l-Land ta’ Kärnten u, fir-rigward tal-Land ta’ Niederösterreich, għall-inqas, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fl-imsemmi terminu, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha imposti fuqha minn din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika ta’ l-Awstrija hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy