Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta’ l-24 ta’ Mejju 2007 – Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu
(Kawża C‑364/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2002/15/KE – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l- punt 7)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jieħu, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, p. 35).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu skond din id-direttiva.
2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy