Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta’ l-24 ta’ Mejju 2007 – Il-Kummissjoni vs Il-Portugall
(Kawża C‑375/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/105/KE – Protezzjoni tal-ħaddiema – Kontroll fuq il-perikoli ta’ aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/105/KE, tas-16 ta’ Diċembru ta’ l-2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll fuq il-perikoli ta’ aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi (ĠU L 345, p. 97).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu preskritt, il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha ma’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/105/KE, tas-16 ta’ Diċembru ta’ l-2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll fuq il-perikoli ta’ aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi imposti fuqha skond din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy