Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta’ l-24 ta’ Mejju 2007 – Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C‑376/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2001/42/KE – Stima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjani u programmi fuq l-ambjent – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/42/KE tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjani u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, p. 30).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu preskritt, il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/42/KE tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjani u programmi fuq l-ambjent, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha minn din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy