Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta’ l-10 ta’ Jannar 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja
(Kawża C‑387/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Settur tat-telekomunikazzjonijiet – Artikolu 8(1), (2)(b) u (3)(c) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ‘Qafas’) – Artikolu 8(1) u (4) tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva ‘Aċċess’) – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Netwerks ta’ telefonija fissa u ta’ telefonija mobbli – Terminazzjoni tat-telefonati – Traffiku li jidħol – Limitazzjoni tas-setgħat ta’ l-awtorità nazzjonali regolatorja tat-telekomunikazzjonijiet”
1. Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(ċ)) (ara l-punt 14)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Oneru fuq il-Kummissjoni (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 24-25)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 8(1), (2)(b) u (3)(c) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21/KE tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 108, p. 33) u skond l-Artikolu 8(1) u (4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/19/KE tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ Aċċess) (ĠU L 108, p. 7).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy