Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Mejju 2007 – Il-Kummissjoni vs L-Irlanda
(Kawża C‑391/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/4/KE – Libertà ta’ aċċess għall-informazzjoni – Informazzjoni dwar l-ambjent – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 7)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jieħu, fit-terminu stabbilit, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/4/KE, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva 90/313/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 41, p. 26).
Dispożittiv
1) Billi ma adottatx, fit-terminu stabbilit, il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/4/KE, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE, l-Irlanda naqset mill-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2) L-Irlanda hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy