Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2007 –
Il-Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑392/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2002/15/KE – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq– Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”
1. Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni tad-direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna – Inammissibbiltà (l-Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)
2. Rikors għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (l-Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu preskritt, tad-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, p. 35).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu bis-saħħa ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy