Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ April 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Olanda
(Kawża C‑398/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Dritt ta’ residenza taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex attivi ekonomikament u li huma pensjonanti – Leġiżlazzjoni u prassi amministrattiva nazzjonali li teżiġi riżorsi personali suffiċjenti għall-perijodu ta’ residenza ta’ mhux inqas minn sena fl-Istat Membru ospitanti”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 26)
2. Moviment liberu tal-persuni – Dritt ta’ dħul u ta’ residenza taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri – Direttivi 68/360, 90/364 u 90/365 – Kundizzjonijiet meħtieġa għall-ħruġ tal-permess ta’ residenza (Direttivi tal-Kunsill 68/360, Artikolu 9(1) u (3), 90/364 u 90/365) (ara l-punti 29, 31 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rigward id-dritt ta’ residenza taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea – Leġiżlazzjoni u prassi amministrattiva nazzjonali li teżiġi riżorsi personali suffiċjenti sabiex ikun jista’ jinkiseb permess ta’ residenza fir-rigward ta’ persuni mhux attivi ekonomikament u ta’ pensjonanti.
Dispożittiv
1)
Billi żamm fis-seħħ dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu li, biex jinkiseb permess ta’ residenza, ir-residenti ta’ l-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea, li mhumiex ekonomikament attivi jew li huma pensjonanti, għandhom jagħtu prova li huma jiddisponu minn riżorsi sostenibbli, ir-Renju ta’ l-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 68/360/KEE, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-moviment u r-residenza fi ħdan il-Komunità għal ħaddiema ta’ l-Istati Membri u l-familji tagħhom, id-Direttiva tal-Kunsill 90/364/KEE, tat-28 ta’ Ġunju 1990, dwar id-dritt ta’ residenza, u d-Direttiva tal-Kunsill 90/365/KEE, tat-28 ta’ Ġunju 1990, dwar id-dritt ta’ residenza għall-impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom li waqqfu l-attività tax-xogħol tagħhom.
2)
Ir-Renju ta’ l-Olanda huwa kkundannat għall-ispejjeż.
3)
Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjez rispettivi tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy