Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Lulju 2007 –
Op-en Overslagbedrijf Van der Vaart vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-402/06)
“Tariffa Doganali komuni – Klassifikazzjoni tat-tariffi – Nomenklatura Magħquda – Prodott magħmul mill-koagulazzjoni tal-ħalib u l-estrazzjoni ta’ parti l-kbira mix-xorrox”
Tariffa Doganali Komuni – Intestaturi tariffarji (ara l-punti 27, 35, disp. 1-2)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Hoge Raad der Nederlanden - Interpretazzjoni ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1734/96, tad-9 ta’ Settembru 1996, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 238, p. 1) – Prodott miksub mill-koagulazzjoni tal-ħalib u l-estrazzjoni ta’ parti kbira mix-xorrox li fih madwar 2 % tal-proteini tax-xorrox dekomposti permezz ta’ enzima miżjuda fil-proċess ta’ tnixxif li jdum minn 24 sa 36 siegħa.
Dispożittiv
1)
1) L-intestatura 0406 tan-Nomenklatura Magħquda li hemm fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1734/96, tad-9 ta’ Settembru 1996, għandha tiġi interpretata fis-sens illi jista’ jiġi kklassifikat fiha prodott, bħal dak li hemm fil-kawża prinċipali, miksub mill-ħalib magħqud, li l-parti l-kbira mix-xorrox tiegħu jkun tneħħa u li l-proteini tax-xorrox ikunu tnaqqsu, permezz ta’ enzima, għal 2 % tal-kwantità totali ta’ proteini permezz ta’ proċess ta’ tnixxif li jdum minn 24 sa 36 siegħa, u magħmul minn każeina u aktar minn 50 % likwidu.
2)
2) L-intestatura 0406 20 90 tan-Nomenklatura Magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li jista’ jiġi kklassifikat fiha prodott, bħal dak li hu s-suġġett fil-kawża prinċipali, li għandu aktar minn 50 % likwidu u anqas minn 1 % xaħam, li huwa magħmul fil-forma ta’ qamħiet żgħar ta’ 2 sa 4 mm u li huwa intiż li jintuża fil-produzzjoni ta’ kontorn ta’ pizez u fil-preparazzjoni ta’ zlazi tal-ġobon.
Full & Egal Universal Law Academy