Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 – Il-Kummissjoni vs Il-Belġju
(Kawża C‑407/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/105/KE – Protezzjoni tal-ħaddiema – Perikli marbuta ma’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu preskritt”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l- punt 9)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jieħu, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll fuq il-perikoli ta’ aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi (ĠU L 345, p. 97).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2003, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll fuq il-perikoli ta’ aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skond din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy