Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Novembru 2007 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑417/06 P)
“Appell – Ammissibbiltà – Fondi strutturali – Finanzjament ta’ inizjattivi Komunitarji – Modifika ta’ allokazzjonijiet indikattivi – Eżekuzzjoni tar-res judicata”
1. Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti (Artikolu
233 KE) (ara l-punti 50-53, 59-60, 65-66)
2. Appell – Aggravji – Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58(1); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 75-76)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2006, L-Italja vs Il-Kummissjoni (T-225/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003)3971 finali, tas-26 ta’ Novembru 2003, li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva bejn l-Istati Membri ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest ta’ l-inizjattivi Komunitarji għall-perijodu 1994-1999, kif ukoll ta’ l-atti konnessi u preċedenti.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Full & Egal Universal Law Academy