Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) ta’ l-14 ta’ Frar 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C‑419/06)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Obbligu ta’ rkupru”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Non-osservanza ta’ l-obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna mogħtija – Difiża – Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 88(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 39-40)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha – Possibbilità għall-Kummissjoni li tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali l-kompitu li jikkalkolaw l-ammont preċiż li għandu jitħallas lura (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 44, 46, 48)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Non-osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat – Difiża – Kontestazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni – Inammissibbiltà (Artikoli 88(2) KE u 230 KE) (ara l-punt 52)
4. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Nuqqas (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punti 53-55)
5. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali – Kundizzjonijiet – Implementazzjoni ta’ proċedura li tassigura eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 88 (2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 58-59)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005)2706, ta’ l-14 ta’ Settembru 2005, dwar l-irkupru ta’ l-għajnuna mogħtija lill-kumpannija ta’ l-ajru Olympic Airlines.
Dispożittiv
1)
Billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji, fit-terminu previst, sabiex twaqqaf l-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Settembru 2005 dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja favur Olympic Airways u Olympic Airlines u sabiex tirkupra l-imsemmija għajnuna mill-benefiċjarji, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 2 sa 4 ta’ din id-deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy